Jinħatru Mħallfin u Maġistrati Ġodda

Il-Palazz tal-President fil-Belt Valletta kien il-post għaċ-ċerimonja qasira li matulha tliet maġistrati ngħataw formalment il-ħatra tagħhom bħala Mħallfin tal-Qrati Superjuri. Tliet avukati ħadu wkoll il-ġurament tal-kariga u l-ġurament ta’ lealtà biex isiru Maġistrati tal-Qrati Inferjuri. Il-ġuramenti ġew amministrati mill-Avukat Ġenerali, Dr Peter Grech, fil-preżenza tal-President ta’ Malta, tal-Prim Ministru u tal-Prim Imħallef Joseph Azzopardi.

Il-membri l-ġodda tal-Bench tal-Imħallfin huma Consuelo Scerri Herrera, Anthony Vella u Grazio Mercieca. Il-maġistrati l-ġodda huma Dr Rachel Montebello, Dr Simone Grech u Dr Astrid May Grima.

Il-membri tal-familja tal-imħallfin u l-maġistrati l-ġodda wkoll kienu preżenti.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *