Fl-okkażjoni ta’ għeluq il-100 sena tiegħu

Fit-8 ta’ Jannar ta’ din is-sena l-President tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Guido Raimondi, kiteb lill-Prim Imħallef Emeritus John J. Cremona biex jifraħlu fl-okkażjoni ta’ għeluq il-100 sena tiegħu, li waqa’ fil-festa tal-Epiphany, 6 ta’ Jannar. Fil-messaġġ qasir tiegħu l-President Raimondi rrefera għall- “kontribut notevoli ta’ Cremona għas-sistema tal-Konvenzjoni bħala Mħallef fi Strasburgu” mill-1965 sal-1992. Fil-15 ta’ Jannar, il-Prim Imħallef Cremona kiteb lura biex jirringrazzja lill-President Raimondi, u rrefera għall- “memorji kuntenti u li ma jitħassrux” li kellu fil-Qorti ta’ Strasburgu.
Il-Prim Imħallef Emeritus Cremona huwa l-eqdem membru rtirat tal-Ġudikatura ta’ Malta u l-aktar membru anzjan irtirat tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.
Hawnhekk wieħed jista’ jara l-messaġġ tal-President Raimondi, u t-tweġiba tal-Prim Imħallef hawnhekk.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *